21 ta' Ottubru 2020












Għażiż Sur Attard,


Naċċetta bil-qalb kollha li nirrappreżenta lil Malta fl-attivita' ta' Jum it-Tfal li ser issir il-Belt Valletta. Inħossni kburi li ntgħazilt. Il-ġenituri qed iħalluni niġi l-attivita' u ġejjin miegħi. Nixtieq inkun naf meta u fi x' ħin ser ssir l-attivita' u x' inhu mistenni minni. Ir-rwol tiegħi ħa jkun li nieħu sehem fir-reċta tat-tfal.


Għoxrin student minn kull skola ħa jattendi għall-attivita'. Ser ikun hemm ukoll għaxar għalliema minn kull skola. Il-Priministru ha jkun preżenti ukoll u inħossni xxurtjat li ħa nieħu sehem.


Grazzi talli tajtni ċ-ċans li nieħu sehem f' din l-attivita'.



Dejjem tiegħek,


Andrea Attard