IL-ĦOLMA TA' YARIK

L-EWWEL PARTI


IL-KAPTAN: Yarik, qed tarani x'vapur qed insuq?

YARIK: Prosit kemm int fortunat li qed issuq dan il-vapur daqshekk sabiħ!


IL-KAPTAN: U żgur dan il-vapur it-TITANIC.


YARIK: Kemm nixtieq indur dawra fuq it-Titanic

IL-KAPTAN: Ejja ħa mmorru nduru dawra flimkien.


IT-TIENI PARTI


YARIK: Kemm hawn nies libsin pulit!


IL-KAPTAN: Vera qed jieħdu gost.


YARIK: Kemm hawn ikel sabiħ u kemm jidher tajjeb!

IL-KAPTAN: Hawn anke l-bandisti li tgħidx kemm huma famużi għax idoqqu anke fil-kunċerti kbar.


YARIK: U kemm qed jieħdu pjaċir jiżfnu!


IL-KAPTAN: Issa sar il-ħin u aħjar immorru lura lejn il-kabina.


IT-TIELET PARTI


IL-KAPTAN: Kemm hawn ċpar illejla!


YARIK; Veru, xejn ma qed nara.


ĦOSS KBIR U THEŻŻIŻA


IT-TITANIC: AĦĦĦ weġġajt u se ninqasam min-nofs.


IL-KAPTAN: Dan x'kien?( maħsud)


IS-SILĠA: Ma rajtunix daqs kemm jien kbira!


(IL-KAPTAN JITLAQ JIĠRI.) (Id-djalogu jkompli fil-paġna li jmiss.)