L- Ambjent tagħna


Gwardarobba f'nofs tat-Triq


Miktub minn Alessandro Micallef



Residenti taż-Żejtun irrapurtaw li fit-Triq Santa Katarina kien hemm gwardarobba fin-nofs tat-triq. Il-pulizija ma emmunhomx imma marru biex jaraw jekk hux vera u kienet il-verita'.


Il-gwardarobba kienet tal-injam u kienet tidher antika mimlija trab. Kella bieba wahda tal-injam, b'mera u pumi tal-ħadid msadda. Ġo fiha sabu ġurdien, insetti u ħwejjeġ imqattgħin bit-toqob tas-susa.


Il-pulizija ċċekjaw il-kameras tas-sigurta' ta' wieħed mir-residenti u l-gwardarobba kienet żgur hemmhekk wara l-għaxra ta' bil-lejl. Min ramiha baqa' misterjuż u nafu żgur li huwa kiesaħ u ma jħobbx in-natura. Issa ħa jkollu jħallas ċitazzjoni ta' ħames mitt ewro meta jsibuh. Fuq il-kameras rajna li xi ħadd ġie bit-trakk, kellu gwardarobba fuq it-trakk u niżżilha u wara telaq. Issa l-Kunsil Lokali taż-Żejtun se jiġborha u jagħtuha lil xi ħadd fil-bżonn.


Importanti li nfakkru n-nies li jekk trid tarmi xi ħaġa kbira kkuntatja lill-Kunsill Lokali biex jiġbruhielek b'xejn. Seta' ta l-gwardarobba lil xi ħadd fil-bżonn. Niftakru li aħjar nagħtu lin-nies milli nagħatu li-triq.