Li kieku kont kelb......




Jien kelb kbir jisimni Orangjo u għandi erba' snin. Jien Huskie u jien nippreferi noqgħod għall-frisk. Għandi għajnejja kannella u l-pil abjad u oranġjo. L-ikel favorit tiegħi hu tiġieġ, għaġin, laħam u xi zalzetta.


Ommi welditna ġo għalqa u sid din l-għalqa ma riedx izommna u ħadna għall-addozzjoni. Wara tliet xhur daħlet familja ta' erba' u riedu kelb. Malli raw lili iġennu fuqi għax kont kbir u ħelu u addottawni. Id-dar tagħhom kienet kbira u kellha ġnien kbir ħafna. Tgħidx kemm fraħt imma bdejt nimmisja ftit lil ommi u lil ħuti kollha. Għadda ż-żmien u drajt ħafna ma din il-familja u kienu jħobbuni. Filgħodu malli jisbaħ immur niġri ħdejn il-mama' u l-papa' u noqgħod ninbaram fuq is-sodda tagħhom. Il-mama' u l-papa' joħduni mixja magħhom u wara kif naslu mmur niġri nqajjem lit-tfal u joqgħodu jfissduni. Imorru dawra bil-karozza inwasslu t-tfal l-iskola u wara nintefa' fix-xemx fil-ġnien norqod ftit. Kif jiġu t-tfal noħorġu fil-gnien u noqgħod nilgħabu bil- ballun flimkien. Kif jiġi l-papa', imorru niġru fil-kċina u nieklu kollha flimkien. Lili jlestuli il-platt tiegħi viċin il-mejda u l-mama' dejjem tagħtini platt kbir.


Jiena kelb vera xxurtjat għax sibt familja sabiħa ħafna u jħobbuni u jieħdu ħsiebi. Jiena kuntent ħafna imma l-familja propja tiegħi qatt ma nista' ninsiha u tibqa' dejjem f'qalbi.