Il-karnival li ma ninsa qatt

Kien is-Sibt filgħodu u bdejt nilbes il-kostum tiegħi ta’ sirena għax kien wasal il-karnival. Morna għal kuġin tiegħi Gianni biex jiġi magħna l-Belt Valletta. Gianni libes ta’ mostru ikraħ ħafna.


X’ħin wasalna l-Belt morna nagħmlu iż-żebgħa fuq il-wiċċ. Il-ġenituri tiegħi qalulna biex inmorru ħdejhom, biex naraw il-karrijiet tal-karnival. Tgħidx kemm kienu

sbieħ, b’ħafna kuluri differenti. L-isbaħ karru kien ir-re tal-karnival. Kien hemm ħafna tfal u anke kbar jizfnu b’kostumi sbieħ u differenti.


Bdejna mexjin ħdejn il-baħar biex naraw il-ġostra tal-karnival. X’ħin wasalna missieri xtaq jipprova il-ġostra. Mar jistenna wara l-kju. X’ħin wasal il-ħin tiegħu, telgħa

fuq il-ġostra, qabad jiġri u f’daqqa waħda rajnih itir u spiċċa fil-baħar. Tgħidx kemm dħakna jien, ommi u l-kuġin.


Dan il-karnival zgur mhux se ninsih qatt. Ma nistax ninsa l-missieri niżel fil-baħar minn fuq il-ġostra. Kemm dħakna u ħadna gost dakinhar.