Il- kamra tas-sodda tiegħi

Jiena ngħix ġo dar kbira, l-iktar kamra li nħobb hija l-kamra tiegħi.

Il-kulur tal-ħajt huwa vjola ċar ħafna u mal-ħajt għandi xi stampi.

Għandi dwal tal-led li huma vera sbieħ. Għandi gwardarobba mimlija ħwejjeġ

sbieħ u kuluriti. Il- kamra tiegħi hija moderna u inżommha nadifa kuljum. Għalija l-kamra tiegħi nadifa tazza. L-iktar ħaġa li nħobb fil-kamra tiegħi hija li ġo fiha għandi ħafna ġugarelli u soft toys ħelwin. Is-sodda hija roża u kbira ħafna ħafna. Meta norqod waħdi nħossni bħal mama', papa' u ħija. Għandi komodina fejn nagħmel il-homework u nistudja, fejn is- sodda għandi kexxun mimli ħelu għax ħija joqgħod jisraqomli kuljum u jien nipprova nwaqfu imma għalxejn.

Inħobbha ħafna l-kamra tiegħi, inħobbha daqskemm inħobb lil familja tiegħi.