VJAĠĠ FUQ TAL-LINJA























Meta kkalmajna x-xufier qalilna li kien inkisirlu xi ħaġa fil-magna u kien ser jirranġaha waħdu.  Domna nistennew xi siegħa sakemm fl-aħħar lesta.  Erġajna tlajna fuq tal-linja u bqajna mixjin.  Xorta

kien hemm riħa ta’ gass.  Ix-xufier beda jdoqq diska tal-1980. 



Ftit minuti wara wasalna l-Belt.  X’ħin inzilna minn fuq tal-linja għedna ‘Hallelulja’.  Jien u ommi għedna li qatt mhu ser nerġgħu immorru fuq tal-linja.



Darba waħda jiena u ommi konna ser immorru sal-Belt b’ tal-linja għax il karozza tal-mama’ kienet għand il-mekkanik . Meta dħalna f’tal-linja ma tantx kien hemm nies imma wara erba’ minuti kulħadd kien qed imiss ma’ xulxin. Jiena u ommi konna sibna sit tajjeb ħafna għax konna tlajna kmieni.

Fuq tal-linja kien hemm ħafna nies, madwar xi ħamsin. Uħud kienu bil-maskla u oħrajn bil-‘visor’. F’daqqa waħda tal-linja waqfet f’nofs tat-triq u smajna ħoss kbir ‘BOOM’. Gass beda ħiereġ minn fuq wara. Kulħadd beza’ għax ma konniex nafu x’kien.