21 ta' Ottubru 2020

Għażiż Sur Micallef,

Qed niktiblek din l-ittra biex ninfurmak li qed naċċetta li nirrappreżenta lil Malta f' Jum it-Tfal il-Belt Valletta. II-ġenituri se jħalluni niġi. Sur Micallef jien nafek għax ġieli rajtek fuq l-aħbarijiet.



Nixtieq inkun naf id-data, il-ħin u x' se jkun ir-rwol tiegħi fid-dettal. Jiena ħa nkun qed nieħu sehem fil-logħob organizzat. Ħamsa u għoxrin student u żewġ għalliema minn kull skola ser jattendu. Ser jiġu anki l-ġenituri tiegħi u ħuti. Il-President ser ikun preżenti u qed inħossni ferħan se ntir. Grazzi ta' kollox.


Dejjem tiegħek

Luca Attard