Kif Għaxxaqtha

Darba waħda meta kelli disa' snin, kont qiegħda d-dar ma nafx ħa nagħmel u ddeċidejt li nilbes kalzetti jiżolqu u noqgħod niskejzja fil-kuritur. Ma domtx wisq nieħu gost għax f'daqqa waħda żlaqt waħda kbira u ħbatt wiċċi mal-art. Spiċċajt il-klinika u għamluli erba' punti f'geddumi. Kemm bkejt bl-uġigħ u minn dakinhar 'l hawn tgħallimt li m'hemmx ġiri fuq il-madum.