Book Review - Rafael Ciappara 5.1


Il-ktieb jismu 'Il-praspar kollha ta' Kunċett u Marinton'. L-awtur hu Trevor Żahra. L-istampi pinġihom l-awtur stess.


Il-karattri prinċipali huma tewmin anzjani li jisimhom Kunċett u Marinton. Dawn jgħixu fl-istess dar imma xejn ma' jaqblu. Il- ktieb fih ħafna karattri sekondarji bħal Kikka, Vanġiela, il-mara tat-tabib, il-bidwi u l-kappillan. Il-ktieb fih ħafna stejjer fuq il-praspar li jkollhom Kunċett u Marinton. Fi storja minnhom l-aħwa marru ġurnata baħar u Kunċett spiċċat waqgħet il-baħar. Din ma kinitx taf tgħum! Imnalla kien għaddej raġel li qabeż għaliha.


Il-ktieb għoġobni għax tad-daħk. Inħajjar lil ħbiebi biex jaqraw dan il-ktieb.