Il-persuna favorita tiegħi

Il-persuna favorita tiegħi huwa l-papa' għax jgħini ħafna. Missieri għandu sitta u erbgħin sena.


Missieri għandu xagħru lixx imma qasir ħafna għax iqaxxru. Il-kulur ta' xagħru huwa griż u wiċċu


huwa tond u għajnejh ħodor. Il-papa' tiegħi għandu żaqqu ħoxna u l-karnaġġjon tiegħu huwa


ċar. Hu dejjem jitbissem. Infatti t-tbissima tiegħu dejjem minn naħa sa oħra. Il-karattru ta'


missieri huwa ferrieħi u huwa bniedem onest. Missieri jkun imdejjaq meta ma nobduhx allura


jiena nipprova nobdi dejjem. Ix-xogħol ta' missieri bħalissa huwa li jaħdem mid-dar. Il-


passatemp ta' missieri huwa li jara xi logħba futbol. Fil-futur, nixtieq inkun intelliġenti bħal


missieri. Hu mhux perfett u għandu n-nuqqasijiet tiegħu, pero' xorta nħobbu immens!