Dakinhar li Mort is suq man- nanniet

Is-Sibt filgħodu jien, in-nanna u n-nannu ddeċidejna li mmorru s- suq ta' Ħal Qormi

biex nixtru xi affarijiet. Morna bil- karozza

tan-nannu u wara nofs siegħa wasalna.

Aħna konna eċitati aktar minħabba li kien

xemxi.


Meta ħriġna mill karozza rajna li kien hemm

folla nies jixtru u n-nannu beda jgerger għax

hu jiddejjaq meta jkun hemm ħafna nies.

In- nanna ka setgħetx temmen lil widnejha

minħabba li kien hemm ħafna storbju.

Jien laqatni kemm kien hemm affarijiet.

L-ewwel morna ħdejn tal- ħut u jien rajt il-

qtates jipprovaw jieklu imma l-bejjiegħ

beda jirrabja magħhom. Jien staqsejt lin-

nanna biex nixtru ħuta għall- qtates u hi

qalet iva. Xtrajna l-ħuta u tajtha lill qtates.

Kemm kielu malajr!

Wara n- nanna riedet tieqaf ħdejn tal- fjuri

u hekk għamilna. Xtrajna ftit fjuri għalina u

xrajt ftit ghall-mama'. Imbagħad in- nannu

xtaq jara naqra l-kotba allura hekk għamilna.

In- nanna baqa' jħares lejn il-kotba u aħna morna

ħdejn tal-ħwejjeġ għax jien xtaqt nixtri ftit ħwejjeġ

għalija.Wara n-nannu wasal u għal li xtara ftit kotba Aħna bdejna ngħidulu fuq l-affarijiet li xtrajna.

Wara li konna se mmorru jien ħassejtni għajjiena

ħafna minħabba l-istorbju u għax ma kienx hemm

post fejn tpoġġi Imma xorta ħadt ħafna gost.