Żewġ annimali fir-razzett

Darba waħda ġol-Birgu kien hemm razzett kbir ħafna.

Ġo dan ir-razzett kien hemm kull tip t'annimali.

Iżda kull min kien imur kien jinnota ħanżir u

papra dejjem flimkien. Dawn kienu saru ħbieb u ma'

kinux joqogħdu mingħajr xulxin. Iżda l-ħanżir qatt ma'

kien isib ikel. Tgħid għaliex?

Papra: Bonġu sieħbi, kif qomt dalgħodu?

Ħanżir: Bonġu Papra,ma tantx qomt tajjeb jien?

Papra: Ħażin, skużani talli ġejt indejqek.

Ħanżir: Idejjaqni b'daqshekk, ma tarax!

Papra: Jimporta nsaqsik, xi ġralek?

Ħanżir: Mhux is-soltu, xi ħadd ħadli l-ikel.

Papra: Ħażin u ma tafx min qed joħodulek?

Ħanżir: Le ta u alla ħares insir naf minn hu!

Papra: Trid tiġi miegħi u nagħtik naqra ikel minn tiegħi?

Ħanżir: Niġi ta' għax għandi ħafna ġuħ.

Papra: Mela tlaqna u wara mmorru passiġġata mar-razzett.

Ħanżir: Tajjeb ħafna, tlaqna u grazzi ta' kollox.

Papra: Ħaġa żgħira l-ħbieb għalhekk qedgħin sieħbi.

Ħanżir: U jien imnalla għandi lilek hawn ġew.

Papra: Jien ukoll, int l-akbar ħabib tiegħi.

Ħanżir: Naprezza ħafna. Issa ninsab ħafna aħjar.

Papra: Dak laqwa,jien hekk nieħu gost narak. Issa tlaqna

nieħdu gost.