Il-Milied it-tajjeb

Hekk kif joqrob Diċembru, il-qraba tagħna jibdew ilestu biex jiċċelebraw il-Milied nhar il-25 ta' Diċembru. Il-festa tal-Milied hija mportanti għax iġġib ħafna ferħ u tfakkarna fit-twelid ta' Ġesu Bambin.


Hemm ħafna tradizzjonijiet Insara marbuta mal-Milied bħall-istatwa ta' Ġesu Bambin imżejjen bil-ġulbiena, in- Novena u l-quddies. Ħafna drabi nħobbu mmorru nisimgħu l-quddiesa ta' nofs il-lejl jew insegwuha fuq it-televixin. Inħobbu nisimgħu il-prietka tat-tifel jew tifla.


Is-simboli u d-dekorazzjonijiet tal-Milied huma ħafna bħas-siġra tal-Milied imżejna bid-dwal, stilel u l-anġlu tal-Milied, il-presepju, il-kalzetta tal-Milied u Santa Klaws. Santa Klaws iqassam ir-rigali liċ-ċkejknin li jkunu qagħdu bravi. Id-djar jiżżejnu bil-ponsjetta kif ukoll ikollna l-kalendarju bil-ħelu li jwassalna sal-Milied.


Insibu wkoll l-ikel tradizzjonali bħal qagħaq tal-għasel, l-ixkumvat, iz-zokk tal-Milied kif ukoll il-bastun taz-zokkor li jkun aħdar u aħmar jew abjad. Fil-Milied inħobbu nieklu d-dundjan il-forn. Imma l-mistoqsija l-iktar importanti hi: dawn it-tradizzjonijiet fhiex ifakkruna? Ifakkruna fl-iktar ħaġa mportanti li hi t-twelid ta' Ġesu Bambin.