Familja ġdida għal Ken

Tona u Sandra huma koppja Maltija li ilhom ħames snin miżżewġin u għadhom bla tfal. Huma dejjem xtaqu li jkollhom familja u bdew jaħsbu biex jaddottaw tifel minn pajjiż barrani.


Darba kienu qed jaraw it-televixin u raw riklam magħmul eżatt għalihom. Ir-riklam kien qed jitkellem fuq tfal li jistgħu jiġu addottati mill-Indja. Toni u Sandra kienu eċitati ħafna u l-għada stess marru japplikaw biex jibda l-proċess ta' addozzjoni. Il-proċess kien se jkun twil mhux ħażin. Kien hemm bżonn li jattendu bosta laqgħat u jimlew bosta dokumenti , imma huma ma qatgħux qalbhom.


Wara kważi sena jistennew, fl-aħħar Toni u Sandra ħadu l-aħbar sabiħa li kien hemm tifel l-Indja li ġie magħżul biex ikun it-tifel tagħhom. Kemm ferħu Toni u Sandra! Sa fl-aħħar il-ħolma tagħhom kienet se ssir realta'.


Huma lestew il-bagalji u qabdu l-ajruplan biex jibdew il-vjaġġ twil lejn l-Indja. Meta waslu kellhom seba' mitt sena biex jiltaqgħu mat-tifel tagħhom li jismu Ken. Lil Ken marru jiltaqgħu miegħu fl-orfanatrofju li kien hemm f'Mumbai. Kien hemm tfal bhal Ken, li kienu qed jistennew bil-ħerqa li jiltaqgħu mal-ġenituri ġodda tagħhom. Malli Ken ra lil Toni u lil Sandra mar jiġri jgħannaqhom u jifraħ bihom. Fl-orfanatrofju , Ken kien tgħallem jitkellem bl-Ingliż u allura seta' jikkomunika magħhom tajjeb ħafna.


Il-ħajja ta' Ken u l-ġenituri nbiddlet minn lejl għan-nhar. Sa fl-aħħar setgħu jaqsmu ħafna esperjenzi u avventuri flimkien! Sa fl-aħħar setgħu igawdu lil xulxin bħala familja!