L-isfilata tal-karnival

Ta' kull sena mmur nara l-isfilata tal-Karnival ma' ommi, ma' missieri, mal-kuġini, man-nanniet u maz- zijiet. Din is-sena hekk għamilna wkoll!


Hekk kif dħalna f'Bieb il-Belt, kien hemm karru sabiħ ħafna. Il-karru taż-żebra kien vera ħelu! Xħin ġew il-buffi jiżfnu quddiem il-karru bdejt naqbeż u niżfen. ll-mama' qaltli li l-isfilata tal-Belt Valleta togħġobha ħafna. Xħin ġiet iz-zija marret tixtrili l-perlini. Taf kemm għoġbitni d-diska li n-nies bdew jiżfnu! Għall-Karnival ġie l-kuġin ma' ħuħ u bdejna nitkellmu u morna nixtru ftit 'popcorn'. Xħin rajna l-karrijiet u n-nies jiżfnu mort mal-kuġini nieħdu xi ritratti. Mort ħdejn ommi u ġie buffu u qalli, 'Trid ħelwa?' u ħadt ħelwa. Rajt raġel liebes ta' parrukkier u kellu wiċċu miżbugħ. Kien hemm karru ta' sirena. Kellha denbha aħdar ħaxix u xagħarha twil lewn id-deheb. Karru ieħor kien tar-re' u tal-pagun. Il-pagun kellu rix ta' kull kulur. Ir-re' kien liebes ħwejjeġ rikki, kellu bastun u kuruna ta' kulur id-deheb. Fl-isfilata kien hemm żeffiena ta' fatatini. Rajt ukoll mużiċisti b'maskri ta' kreaturi tal-baħar. L-iktar karru li għoġobni kien tal-annimali. Kien hemm żebra, ġiraffa, iljunfant enormi u ljun. Għoġobni l-aktar għax l-annimali nħobbhom ħafna u għandhom post speċjali f'qalbi.



Xħin beda jsir il-ħin kien qabadna n-ngħas. Morna ġo' kafetterija u ħadna pastizzi tal-piżelli u kafe' sħun. Il-kuġin ġie miegħi u fl-aħħar rajna l-ġugarelli u ommi xtratli ġugġarel u ovjament lill-kuġin ukoll. Kont ħa ntir bil-ferħ u tlaqna lejn id-dar.

Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal, viva l-jiem tal-karnival!!!