Kemm ħadt gost insajjar dakinhar.


Darba waħda kien is-Sibt waranofsinhar. Kienet ġurnata maltemp u kelli aptit insajjar ma' oħti u ma' ommi. Morna nsaqsu lill-mama' jekk nistgħux insajru pizza.


Hi qalet iva. Il-mama' marret iġġib l-ingredjenti biex nagħmlu l-pizza. L-ewwel bdejna billi nagħmlu l-għaġina. Din għamilnieha bid-dqiq, ilma u ħmira. Kif lestejnieha ħallejnieha toqgħod. Din bdiet tikber u togħla. Sadanittant, aħna ppreparajna l-ingredjenti l-oħra fosthom iz-zalza biex nidilku l-pizza biha, ħakkejna l-ġobon u qattajna ż-żebbuġ u l-faqqiegħ. Il-pizza bdejnieha billi l-ewwel ftaħna l-għaġina ġo dixx ċatt. Imbagħad ferrixna z-zalza u żidna l-ingredjenti kollha. Fil-wiċċ poġġejna l-ġobon maħkuk. Kif lestejnieha, ħmejnieha fil-forn għall-madwar għoxrin minuta. Tgħidx kemm bdiet tfuħ!


Aħna kilnieha kollha. Kemm ħadt gost insajjar dakinhar għax qattajt ftit ħin siewi ma' oħti u ma' ommi.