Dakinhar li mort is-suq man-nanniet


Ġimgħa ilu jiena u l-kuġini morna sas-suq taż-Żejtun man-nanniet. Tlaqna xis-sebgħa u nofs mid-dar tan-nanniet. Morna bil-mixi, għas is-suq mhux 'il bogħod. Waqt li qed nimxu, in-nanna bdiet tirrakontali x'kienu jbigħu fl-antik is-suq.


Malli wasalna, ndunajt li ma kienx hemm ħafna nies għax kien għadu kmieni. Għalhekk qgħadna nduru u naraw x'kien hemm għal bejgħ. Kien hemm tilar bil-bebbux u arzell tal-baħar. Kemm għoġbuni! In-nannu tħajjar u xtrali ftit minnhom.


Wara komplejna nduru. In-nanna rat par imsielet u gizirana li għoġbuha ħafna imma qabel xtrat qalet li trid iddur xi ftit ħalli tara jekk ssibx irħas. In-nannu għoġbuh xi għodda imma dak mal-ħaġra t-tajn u li għoġbu xtrah mill-ewwel.










Qbadna nimxu biex mmoru lura ħdejn in-nannu u n-nanna, u ltqajt ma ħabiba tiegħi. Tkellimna xi ftit dwar l-iskola u l-vaganzi. In-nanna u n-nannu laħqu ġew u l-kuġini qalulhom x'riedu. In-nannu qabad it-triq u mar jixtrilhomlhom.


In-nanna riedet ukoll tixtri xi qalziet u flokk għax qalet li kollox qdimilha. Kemm ddum tara biex tixtri l-isbaħ. Fl-aħħar xtrat flokk tas-suf u qalziet iswed. Lin-nannu xtratlu par żarbun u kalzetti.


Meta kienu lesti mix-xirja tal-bżonnijiet, morna ħdejn il-vann tal-ħelu. Kemm xtraw ħelu u pasti. Kien sar il-ħin biex mmorru lura d-dar. Kemm ħadt gost is-suq man-nanniet u nixtieq li nerġa mmur malajr.


Wara n-nanniet xtaqu li jmorru jixtru l-ħut. Imma r-riħa tal-ħut xejn m'għoġbitna u jien u l-kuġini għedna lin-nanniet li ħa mmorru fejn ibigħu l-gugarelli. Il-kuġin iż-zgħir ried senter tal-logħob u l-kbir ried xi fossili tad-dinosawri. Jien ma kelliex flus għalhekk ma stajtx nixtrilhom dak li riedu.