Dakinhar li mort is-suq man-nanniet

Dakinhar li sifirt vjenna fi żmien il-Milied mal-familja u n-nanniet , kont fuq ix-xwiek biex inżur is-suq tal-Milied għax qatt ma kont rajt wieħed !

Kienet waslet il-ġurnata li mmorru s-suq , qomna minn sbieħ Alla qbadna il-ferrovijja . Kif wasalna fil-post rajt ħafna bħal qishom djar żagħar tal-injam u kienu waħda ħdejn l-oħra jmissu ma' xulxin . Kulħadd beda jbieħ xi ħaġa differenti . Kien hemm ħafna dwal mixgħulin u mżejjen tal-Milied.

In-nannu u n-nanna biss kienu miegħi ghax ommi u missieri marru jaraw mużew. In-nannu bl-għajnejn ta' seqer li għandu lemaħ ħafna ċikkulata u ir-riħa bdiet taqsamli qalbi . Għallekk in-nannu xtara borża mimlijja ċikkulata u beda jnaqqar daqs kemm hu żaqqieq !



Ftit wara rajt (carousel) u rkibtu , kont ferħan se ntir ! In-nanna tħobb ħafna l-Milied għalhekk hemmhekk kienet fil-ġenna tal-art .Xtaqet tixtri minn kollox l-affarijiet tal-Milied kienu jispikkaw l-iktar li għoġbuni kienu l-karatri ta-STAR WARS li tista iddendel mas-siġra tal-Milied , ovjament in-nanna xtratli wieħed.

Ħaġa oħra li għoġbitni f'dan is-suq hija iol-varjeta' ta' ikel li kien hemm bħal-laħam,ġobon,waffles u ħafna aktar. kien hemm bejjieħ dewwaqna iz-zalzett u l-ġobon u ħajjarna biex nixtru . Beda jidlam u kienet kesħa xxoqq l-għadam ! xtrajna xarba taċ-ċikkulata sħuna u niżlitli għasel. Kellna nitilqu għax beda jidlam . Kos meta tkun qed tieħu gost il-ħin jgħaddi malajr.