Ħanut tal-illużjonijiet u

l-bużullotti



Darba meta konna barra minn Malta għaddejna minn triq mwarrba. Xejn ma bdiet togħġobni din it-triq u f'daqqa waħda bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa rajt ħanut żgħir, stramb u antik.


Dan il-ħanut kien jidher stramb għaliex il-faċċata kienet ikkulurita u kellha ħafna stampi. Ħarist 'il fuq biex nara x'jismu. It-tabella bl-isem CFS kienet antika u kemmxejn maħmuġa. Ma stajtx nifhem x'seta' jfisser l-isem tal-ħanut. Minkejja li kien jidher antik, fil-vetrina kellu ħafna affarijiet sbieħ. Stajt nara li kellu ftit minn kollox. Logħob tal-

karti, bord games, gibż, kpiepel u mantelli, fliexken bil-likwidi

ġewwa. Mill-vetrina ma stajtx nifhem eżatti x'kien ibigħ dal-

ħanut għalhekk dħalna ġewwa naraw.


Il-ħanut kien mimli daqs bajda u ma kienx hemm fejn tqiegħed labra. Minn wara purtiera ħareġ raġel xiħ liebes b'ħwejjeġ ikkulurit. Bdejna nduru fil-ħanut u stajt nara li kellu ħafna logħob bħal muniti jisparixxu, bakketti twal u qosra u lastiku jiġġebed. Stajt nifhem li kien ħanut tal-illużjonijiet u bużullotti.


Kemm ħassejtni stramba u konfuża għaliex qatt ma kont rajt daqshekk logħob tal-illuzjonijiet u qatt ma ħsibt li stajt nara kif jagħmlu dawn l-illuzjonijiet. Iddeċidejt li bil-moħbi tal-familia nixtri xi ħaġa biex nagħmillhom illużjoni. Domt ndur fil-ħanut sakemm ġie l-bejjiegħ u beda jurini xi affarijiet. Kemm ħeffa t'idejn u qerq t'għajnejn!

Fl-aħħar għajneja waqgħu fuq kamera li tieħu ritratti tad-daħk.


Kont bi ħsiebni nuża din il-kamera fuq il-famija tiegħi. Meta

sibna post sabiħ għar-ritratti staqsejthom biex nieħdu wieħed. Ma stajtx nżomm bid-daħk. Il-kamera kienet toħroġ ir-ritratt mill-ewwel. Kif ratu l-mama' tgħidx kemm bdiet tweżaq u tgerger għax fir-ritratt dehret b'wiċċha maħmuġ. Kemm għorkitu bl-ilma sakemm ratni mejta bid-daħk. Indunat li kienet ċajta imma kienet belgħetha sa ġriżmejha.


Tant kienet esperjenza sabiħa li żgur mhux ser ninsieha. Kemm għamilt ċajt fuq nies! Meta nirrakontaha lil sħabi bilkemm jkunu jridu jemmnu li jeżistu dawn it-tip ta' affarijiet. Żgur li kelli nerġa' nżur dak

il-pajjiż nerga' mmur sa dak il-ħanut.