Ħabib Ġdid

Inżilt fil-ġnien u smajt ħoss. Inħsadt meta rajt għasfur kbir u tal-biżgħa.



Ġrejt wara z-zokk u qgħadt inħares lejh. Kien qed jiekol dubbiena sewda. Jien ħriġt minn wara s-siġra u mort ħdejh. L-għasfur tar fuq rasi. Qalli, 'Naf li inti tħobb l-għasafar. Tibżax minni. Tista' tgħini? M'għandix fejn noqgħod.'



'Ejja miegħi,' għidtlu. Ħadtu d-dar u tajtu l-ilma biex jixrob. L-għasfur baqa' jgħix miegħi.