Kitba ta' Ittra

13 , Il- Warda,

Triq il- Ħarruba,

Iż-Żejtun , ŻTN 1234

10 ta' Marzu 2023

Għażiża zija Ġuża,

Kif inti? Kif inhuna z- ziju Freddy u l- kugini? Nispera li tinsabu tajbin. Il- familja tiegħi u jien kollha ninsabu qawwijin u sħaħ.


Zi,għandi sorpriża għalik , imma mhux ħa ngħidlek x'inhi għallissaħa nħalik fuq fuq ix- xwiek. Taf xi ġrali ilbierah? Ommi xtratli mowbajl ġdid u għada l-iskola se nilagħbu logħba sabiħa. Ukoll ilbierah ħija mar għand in- nanna u xtratilna ħafna ħelu.


Zija , is- sorpriża hi li se niġu narawk l-Awstralja s- sajf li ġej!!! Se naslu hemm fil- 5 ta' Luljufl-għaxra ta' filgħodu.Se ndumu xahrejn hemm. Se nkunu jien, ommi , missieri u ħija. Int kuntenta li fl-aħħar se niġu narawk zi?


Hemmhekk se tkun ix- xitwa. Kif tkun ix- xitwa ta' hemm u x'tip ta' ħwejjeġ inġibu magħna? Trid li nġibulek xi ħaġa magħna minn Malta? Iz-ziju , jew il- kuġini iridu xi ħaġa?


Zi , ħa jkolli nieqaf nikteb għax sejra nixtri m' ommi. Se jkolli seba' mitt sena sabiex nirċievi ittra mingħandek. Kulħadd sella għalikom u iġri jasal il- mument li niltaqgħu.

In- neputi tiegħek ,

Mark.