Il-Jum Oranġjo

Sabrina: Wasalt James!


James: Kif inti Sabrina? Immorru fil-kamra tiegħi u mmorru naħdmu?


Sabrina: Jien ilħaqt ippreparajt "Power Point" biex nispjegaw sew x'inhu Jum Oranġjo.


James: Eh tajjeb! Ħa nara ftit xi ktibt.


Sabrina: Jien spjegajt li dan huwa l-Jum kontra l-vjolenza u l-ibbuljar.


James: Jekk nibdew l-attivita' li ppreperajna b'din il-'Power Point', żgur li kulħadd jifhem aħjar kemm huimportanti dan il-Jum.


Sabrina: U x'taħseb li kieku nagħmlu kartonċini kbar oranġjo b'riklam tal-attivita' u nsemmu xi tip ta' bbuljar u vjolenza li qatt ma għandna nagħmlu?


James: Idea sabiħa. Niktbu li jekk fid-dar tiegħek qed tara xi vjolenza importanti ħafna li trid tagħmel rapport jew titkellem ma xi ħadd li tafda.


Sabrina: Dwar ibbuljar niktbu li fid-dinja ħadd m'għandu dritt iweġġa' lil ħaddieħor, bil-kliem u l-anqas bil-vjolenza.


James: Nistgħu ngħidu wkoll li l-ibbuljar jeżisti kullimkien u rridu noqgħodu attenti kemm meta nkunu għadna żgħar u anke meta nikbru u nkunu naħdmu.


Sabrina: Eżatt prosit, James. Qatt m'għandna nħallu lil ħadd jibbuljana u li anke meta naraw li qed jiġri hekk lil xi ħaddieħor għandna dejjem nirrapurtaw.


James: Mela issa jonqos li nqassmu l-'posters' f'kull klassi ħalli kulħadd ikun jaf dwar din l-attivita'.


Sabrina: Ma ninsewx nipprintjaw il-flokkijiet oranġjo biex nilbsuhom fil-jum tal-attivita'.


James: X'eċitament għandi. Iġri tasal il-ġurnata!


Sabrina: Anke jien. Jekk kollox imur kif pjanajna, żgur li tkun suċċess u kullħadd isir jaf aktar l-importanza ta' din il-ġurnata.