Darba waħda f'nofs is-sajf jien u n-nanniet min-naħa t'ommi morna Marsaxlokk. In-nannu kien ħa l-karozza tiegħu għat-tiswija, allura morna b'tal-linja. Morna minn sbieħ Alla għax nannti inkella toqgħod tgerger.Wasalna xid-disgħa u nofs. Kien hemm żiffa ħelwa. Morna dritt il-monti.


Meta wasalna laqgħetna folla nies ġmielha. L-ewwel ma laqatni kien ħanut bi ħwejjeġ vera jgħajtu. Kien hemm nisa jiġġebdu fuq il-prezz mal-bejjiegħa , imma l-iktar kien tal-bigilla. Vera jgħidu li l-għajta nofs bejgħ. Rajt ħafna tfal b'wiċċ Laskri għax il-ġenituri ma xtralhomx li riedu. Xammejt riħa taqsam il-qlub tal-pastizzi u nannuhi waqegħtu żaqqu u xtara ergħba: wieħed għan-nanna, wieħed għalija u tnejn għalih.


In-nanna waqfet għand tal-ħwejjeġ biex tixtri qalziet u għand tal-frott. In-nannu waqaf għand tal-inbid u xtara żewġ fliexken u kappell għal meta jkun l-għalqa. Jien ridt nieqaf għand tal-kotba. U aħna xtrajna kollox li riedna.


Jien kont għajjiena mejta imma kelli seba' mitt sena biex naqra l-ktieb li kont xtrajt. In-nannu vera għoġbu l-inbid u n-nanna vera għamlet soppa tajba.



Ħarġa Man-nanniet