Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Milied

Darba f'sena niċċelebraw il-festa tal-Milied. Din niċċelebrawha fil-25 ta' Diċembru u nfakkru t-twelid ta' Ġesu' Bambin.


Fil-Milied ikollna it-tradizzjonijiet bħal Purċissjoni tal-Bambin. Jkun hemm ħafna tfal lebsin ta' rgħajja u nies igorru l-maxturi b' Ġesu' Bambin. Fiquddiesa ta' nofs il-lejl nisimgħu l-priedka tat-tifel u jkun hemm tfal janimaw lin-nies li jkunu preżenti fil-quddiesa. Tradizzjoni li ilha ħafna hija l-presepju fejn turi lill-anġli mdawwrin ma Ġesu' bħala tarbija, il-Madonna u San Gużepp, ir-rgħajja bin-ngħaġ u t-tliet magi fost ħafna aktar pasturi. Nżejnu ukoll il-Bambin fit-tieqa.

Bħala tradizzjoni oħra nagħmlu dekorazzjoni oħra bħal Santa Klaws jżomm xkora mimli riġali biex jqassam lejl il-Milied. Ma jonqosx is-siġra tal-Milied minlija daqs bajda bil-boċċi kkuluriti u dwal. Ħdejn is-sigra nwaħħli l-kalzetta biex nintela bil-ħlewwiet. Il-ponzjetta hija fjura sabiħa ħamra li żżejjen fiż-żmien il-Milied.

Ma jonqosx it-tradizzjonijiet tal-ikel. Kemm inħobbu l-ikel u l-ħelu tal-Milied. L-aktar li nħobb hija l-pudina u l-kejk tal-Milied. Il-nanna ukoll tħobb tagħmel il-qagħaq tal-għasel u l-ixkunvat. Il-mama bħala tradizzjoni ssajjar id-dundjan bil-patata l-forn. Nixtru ukoll xi cikkulatini.

L-aktar ħaġa importanti li għandha niftakru fil-Milied hi li twieled Ġesu Bambin u dan għandu jfakkarna biex nħobbu u naħfru dejjem lil xulxin.