Lil: alayza@ilearn.edu.mt

Mingħand: zalaya@ilearn.edu.mt

Suġġett: Kif se nqatta' l-vaganzi tas-sajf

Data: Is-17 ta' Ġunju 2020.



Għażiża Alayza,

Kif inti? Illum se niktiblek dwar kif nixtieq inqatta'

l-vaganzi tas-sajf.

L-ewwel nett qed nimmisjak ħafna peress li din is-sena spiċċat malajr l-iskola. Dan is-sajf xtaqt insiefer imma ħabba din il-marda ommi qed tibża' u għalhekk iddeċidejna li mmorru ġimgħa Għawdex mal-familja kollha. Se jiġu in-nanniet, iz-zijiet u anki l-kuġini. Vera nħossni ħerqana biex immorru u nieħdu gost flimkien għax għamilt kważi tliet xhur ma narahomx.

Meta trid niftehmu mal-ġenituri tagħna biex immorru ġurnata l-baħar flimkien jew niftehmu biex immorru l-bandli insomma ara inti għalija xorta.

Mela issa se nħallik u nisma' mingħandek biex tibgħatli u tagħtini risposta ħalli ngawdu s-sajf flimkien ukoll.


Dejjem tiegħek,

ZALAYA. xxx