L-Isport Favorit Tiegħi




Meta kont żgħir kont inħobb dan l-isport tal-"fencing". Kien l-isport favorit tiegħi.


Jiena kont kwalifikat għal dan l-isport u naħseb li l-isport huwa tajjeb għal saħħitna. Jiena għamilt xabla kulur il-fidda bil-karti u żebgħa, u ġebla prezzjuża fiċ-ċentru.


Il-ġlied tax-xabla mhux l-uniku sport li rrid nilgħab. Xi drabi rrid nipprattika l-"basketball" għax inħobb nilgħab bil-ballun. Huwa sport veru interessanti! Meta nara l-futbol, kull ma nara huwa subien jilagħbu. Kultant naħseb li n-nisa jistgħu jilagħbu wkoll. Jistgħu jagħmluha aktar tajba !


L-isports kollha huma interessanti u tajbin għal saħħitna. Inħobb il-"fencing" imma ma nħobbx nilbes il-ħwejjeġ tagħha.


Għandi xi passatempi oħra li nħobb li mhux sports, imma xorta nagħmel xi tip ta' eżerċizzju eżempju xi mixja twila fil-kampanja.


Qed nispiċċa din is-silta dwar x'inhu l-isport favorit tiegħi. Il-mama' u l-papa' kuljum jissapportjawni għall-affarijiet li nagħmel. U inti? X'inhu l-isport favorit tiegħek?