Meta mort piknik.



Konna ilna ħafna nippjanaw biex immorru ġurnata fil-kampanja. Inzerta temp sabiħ il-Ħadd li għadda u ddeċidejna li nagħmlu piknik kif ommi u missieri ma kienux xogħol. Ftiehmna mal-kuġini u l-ħbieb biex niltaqgħu l-Buskett għall-ħabta tal-għaxra ta' filgħodu.


Kulħadd ħaseb għall-ikel u għax- xorb minħabba li s-sħana kienet qabdet sewwa. Jien ħsibtlu għax miegħi ħadt il-ballun ħalli jkollna biex nilagħbu. Kif eżatt iltqajna aħna t-tfal morna nilagħbu bill-ballun waqt li l-ġenituri bdew jippreparaw l-ikel. Din il-ġurnata ma ninsiha qatt għax inġbarna kollha f'daqqa wara ħafna żmien. F'tebqa t'għajn beda jbexbex u ddeċidejna li nippruvaw intajru t-tajra li kienu ġabu magħhom il-kuġini. Vera ħadt gost li rnexxielna ntajru t-tajra għax kienet esperjenza ġdida għalina t-tfal!


Din il-ġurnata flimkien spiċċat f'kemm trodd salib, iżda kuntent ħafna li ħriġna u fraħna flimkien bħala familja waħda, mhux dejjem ġewwa bejn erba' ħitan qisna wiċċ laskri.