Il-jum oranġjo

James: Min hemm?

Sabrina: Hellow James, jien Sabrina.

James: Ara, wasalt Sabrina! Ejja fil-kċina miegħi ħalli nibdew

dak il-proġett li semmejna.

Sabrina: Ok! Il-proġett tal-jum oranġjo, hux hekk?

James: Iva! Qed nieħu gost li se norganizzaw din l-attivita'

kontra l-vjolenza u l-ibbuljar.

Sabrina: Fejn se nagħmluha din l-attivita'?

James: Tridx nagħmluha fil-pjazza tar-raħal?

Sabrina: Iva idea tsjba, nagħmluha l Ħadd 30 ta' Ottubru?

James: Ok, tridx nibdewha fl-għaxra ta' filgħodu sas-sitta ta'

flgħaxija?

Sabrina: Tajjeb għalija.

James: Trid jien nagħmel l-istikers, flokkijiet u basktijiet?

Sabrina: Ok, u jien nahdem fuq il-poeżiji, kant u flus.

James: Tajjeb għalija! Daen l-affarijiet nistgħu nbiegħuhom

u mmorru d-dar li tieħu ħsieb dawn l-affarijiet.

Sabrina: Tajjeb ħafna. Jien ħa naqra l-poeżiji u naf xi nies

li għaddew minn vjolenza u bbuljar ħalli nara

jridux jiġu jaqsmu l-esperjenza tagħhom magħna.

James: Lil min ħa nġibu mistednin speċjali?

Sabrina: Trudx immorru nsaqsu li xi kantanti mir-raħal, naraw

jekk ma jridux jieħdu sehem?

James: Idea brillanti.

Sabrina: Qed tara kemm naqblu aħna t-tnejn flimkien!

James: Vera vera! U fassalna pjan vera tajjeb.

Sabrina: Tridx nagħmlu xi posters ħalli tinġibed aktar

l-attenzjoni?

James: Iva u nitfawhom fil-'letter boxes' u nagħtu lil tal-

ħwienet ħalli jwaħħluhom mal-bieb.

Sabrina: Ok ok u ngħidu ftit lill-ġenituri ħalli jgħinunha.

James: Ok ħalli ma joqgħodux jinkwetaw, hux?

Sabrina: Hekk hu.

James: Sabrina naħseb aħjar taqbad tmur id-dar għax qed

jaqbad jiġi tard mid-dehra.

Sabrina: Għandek raġun, imbagħad inkomplu naħdmu fuq il-

proġett darb'oħra. Ċaw, narak!

James: Ok! Ċaw, narak.