Dakinhar li mort issuq man-nanniet


Is-siblt li għadda jien u n-nanna qomna fi sbieħ Alla u meta qam in-nannu inżilna għal ġol garaxx biex nitilqu bil-karozza tan-nanna. Meta rkibna tlaqna għal-belt, u wasalna fit-tmienja.










Eżatt x'ħin inżilt mill-karozzza indunajt li kien hem folla nies u kulaħadd jitkellem ġo wiċċ xulxin. Għalkemm kien hemm ħafna ħwienet l-iktar wieħed li ġibidli għajnejja lejh kien il-ħanut tal-kotba.




Dik ir-riħa tal-imqaret friski kemm tfuħ. Imma iddejjaqt nisma' lill-bejjiegħa jgħajtu qishom xi ċawla. Meta morna biex nixtru bdiet il-ġlieda għax riedet tmur tixtri mingħand tal-ħaxix alluramorna hemm, imma wara n-nannu ried imur jiextri mingħand tal-istatwi. Għalekk in-nannu saqsa lin-nanna biex imorru hemm. "Le, dak kollu imbarazz ikun," qalet in-nanna. Allura ma morniex.









Wara dik il-ġlieda morna fil-ħanut tal-ġugarelli biex nixtru ġugarell lill ħija. Wara siegħa nduru madwar issuq il-basktijiet li kellna kienu mimlijin bil-kotba li għażlit jien, ħaxix u frott li riedet in-nanna u fl-aħħar kellna l-ġugarelli għal-ħija u miskin in-nannu baqa' b'xejn.




Eżatt x'ħin kont sernagħmel saqajja fil-karozza innutajt lil Jahel imma ma kellniex ċans inparlaw għax kelli immur. Jien ħadt gost imma mhux ħafna minħabba l-għajjat imma li rajt lil Jahel ħadt gost u anke li xtrajt il-kotba.