Meta qabdet id-dar tagħna

Darba waħda il-ħbieb tiegħi u jien konna qegħdin fil-kamra tiegħi. Konna qed nidħku nieħdu pjaċir għax kienu se jorqdu għandi. Kellna nagħlqu t-twieqi u l-bibien daqs kemm kien bard. Kelli idejja bdejt inħosshom se jinqasmu bil-ksieħ, wiċċi kien aħmar nirien u xufftejha kienu blu. Ommi għamlitilna naqra te u ħobż mixwi. Tant kien bard li ddeċidejna li nitfu u norqdu.


Meta kont rieqed bdejt inxomm riħa ta' ħruq qawwija. Qomt niġri u qajjimt lil ħbiebi. Ma tantx qamu malajr sakemm huma wkoll indunaw li xi ħaġa bdiet tinħaraq. Morna fil-kċina u l-anqas stajt nieħu nifs daqs kemm kien hemm duħħan. Inzilna mal-art biex ma nibilgħux duħħan u morna fil-kamra t'ommi.


Qajjimna lill-mama' u l-papa' u għidnilhom li l-kċina mimlija duħħan u qed taqbad. Għall-ewwel ommi ma riditx temmen u ħasbitha xi ċajta imma meta ħarġet ġol-kuritur indunat għax bdiet torok għajnejha. Ħriġna kollha niġru 'l barra bil-piġama u ċempilna 112.


Ma stajtx nemmen li din il-ħaġa ġrat lilna. Immaġina il-memorji li kellna f'dik id-dar bdew jinħarqu. Allavolja ġew tat-tifi tan-nar u tfew in-nar, xorta bdejt inħossni iddispjaċut iżda l-iktar ħaġa importanti kienet li kulħadd kien baqa' ħaj. Kienet laħqet inħarqet nofs id-dar. Aktarx lin-nar beda meta ħallejna t-toaster tixgħel. B'hekk irridu noqogħdu attenti li meta nużaw xi ħaġa tad-dawl nitfuha wara li nlestu.