X 'ġurnata din .




Ilbieraħ kien it-Tnejn u ddeċidejt li nagħmel ċajta lil ommi . Naħseb kienet naqa ċajta goffa . Għamiltha fuq ommi għax hi tħobb tagħmel xi ċajt fuqi u fuq missieri .Ommi kienet qiegħda rieqda fil - kamra tas-sodda .X ' ħin mort biex nieħu ċ-ċerejal rajt it -taġen u ħriġt b' idea . Bit -taġen stajt nagħmel ħafna storbju. B' hekk, mort lejn il -kamra tas-sodda bit -taġen u bdejt nagħmel l-istorbju bih ! Ommi kważi waqgħet minn fuq is- sodda bil-qatgħa li ħadet! Ommi bdiet tiġri warajja biex tieħu t-taġen minn idi . Ommi ma ħaditx pjaċir u jien bdejt naħseb lil sa taħdem iċ - ċajta .Jien ħsibtha li ħa tirrabja ħafna miegħi, imma ħadet iċ-ċajta u kulħadd kien ferħan .