Daħna bajda misterjuża
Xi ħmistax ilu jiena u sħabi morna nilagħbu l-bandli.
Konna qed nilagħbu noli meta f'daqqa waħda lmaħna daħna bajda ħierġa mill-art. Ħadna qatgħa kbira mhux ħażin. Għall-ewwel konna se naħarbu niġru, iżda xi ħaġa żammitna hemm imsaħħrin!
Id-daħna kienet bajda u magħquda tant li ma bdejniex naraw lil xulxin. Bdiet ħierġa riħa ta' ħruq u bżajna li kien hemm xi ħaġa qed taqbad.
Ħadna d-deċiżjoni li mmorru ngħidu lill-Kunsill Lokali ħalli jiġu jaraw huma x'kien qiegħed jiġri. Kien hemm raġel li jaħdem hemm u qalilna biex neħduh fejn rajna d-daħna. Hekk għamilna.
Hekk kif wasalna l-bandli ndunajna li d-daħna ma kienetx qiegħda hemm. Sparrixxiet! Ir-raġel tal-Kunsill Lokali tgħidx kemm irrabbja li ħadnih għalxejn. Morna niġru lejn id-dar.
Dakinhar filgħaxija fuq l-aħbarijiet ġabu filmat tal-bandli bid-daħna li rajna aħna. Kienu ser jinvestigaw minn fejn kienet ġejja.