Darba waħda jien u l-ħbieb tal-klassi ftehemna biex nagħmlu ġurnata l-Buskett. Aħna ppreparajna ħafna ikel biex nieħduh magħna.


Meta wasalna ħadna ikla tajba. Kilna frott, ħaxix u biċċa ħobż kull wieħed. Kif kulħadd kiel u xebgħa morna nilagħbu logħba. Aħna lgħabna logħba 'tag' u noli. Imma f'daqqa waħda smajna ħoss kbir qisu ta' xi ġgant. Ħsibna li l-ħoss il-kbir kien tat-tfal li kien hemm fil-viċin tagħna fil-Buskett.


F'daqqa waħda bdiet nieżla x-xita u r-riħ beda jvenven. Konna se mmorru d-dar u smajna ħoss kbir ieħor u morna naraw x'kien. Rajna biss siġra mwaqqa'. Indunajna li kienet waqgħet hemm wara s-sajjetta u skoprejna li s-sajjetta kienet li kisret is-siġra. Wara morna d-dar.

Misteru fil-Buskett