Paġna mid-Djarju Tiegħi




9 ta' Ġunju 2020

Id-9 ta' filgħaxija



Ġħażiż Djarju


Illum qomt kmieni iktar mis-soltu għax illum ġurnata speċjali. Qomt niġri minn ġos-sodda, ħsilt snieni, ġħamilt xahri, ilbist u mort nieħu il-kolazzjon. Illum il-mama' għandha ħafna affarijiet u attivitajiet biex tiprepara, għax illum il-papa' jagħlaq għeluq sninu.


Il-papa' mar għax xogħol normali. Kif telaq, jien u l-mama' bdejna inżejnu u nipreparaw ħafna ikel u ħelu għal festin. Il-mama' stiednet liz-zijiet, lin-nanniet u xi ħbieb tal-papa'. Żejjina is-sallot bil-bżieżaq. Il-mama' bgħatitni nġib il-kejk minn għand tal ħelu. Kemm kien sabiħ, kejk kbir taċ-ċikkulata mimli bin nutella!


Meta wasal mix-xogħol il-papa' fetaħ il-bieb ta' barra u kif daħal ħa l-isbaħ sorpriża tal-ġurnata. Kemm feraħ kif ra l-familja u l-ħbieb quddiem għajnejh u baqa' ċċassat iħares lejn il-kejk. Irċieva ħafna rigali minn kotba sa fwieħa. Għamilna ħafna attivitajiet u tgħidx kemm dħaqna meta lgħabna l-lobgħa tal-mima. In-nanna kienet se tmut bid-daħq. Kemm kilna ikel u ħelu, qed inħoss żaqqi ha tisplodi. Meta telaq kulħadd poġġejt fuq is-sufan inħares lejn il papa', kien vera kuntent!


Ma niflaħx inżomm iktar fuq saqajja, u għandi ngħas kbir. Imma li nara il-papa' ferħan fil-ġurnata speċjali tiegħu, tagħmilni l-vera kuntent.


Il-lejl it-tajjeb għażiż djarju.


Daniel