Il-Ħamis, 25 ta' Ġunju, 2020

X' ġurnata dik!


Għażiż djarju,



F'din il-ġurnata sabiħa ħafna konna jiena mal-mama' u mal- kelba. Morna sal- baħar u għamilna ġurnata sħiħa hemmekhemmekk. Kien il-Ħadd fiż-żmien tas-Sajf u kienet ħafna sħana xxoqq l-għaraq. Magħna ħadna l-"cooler" bl-ikel u xorb. Ħadna xi ġugarelli tal-baħar biex nilagħbu flimkien. Kien hemm familja ħdejna u kellhom kelb ħelu ħafna.Qagħdna nsibu xi bebbux tal-baħar u arzelli. Anka xi granċijiet jistaħbew ġol-blat.

Ħadt ħafna gost f'din il-ġurnata nilagħbu flimkien fil- baħar. Il-baħar kien ċar daqs il-kristall u x-xemx kienet taqli l-ankri. Qatt ma stennejt li se nqatta' waħda mill-isbaħ ġranet ta' ħajti.


Emma