6



Meta mort piknik.

6

Kien is-Sibt filgħodu u ommi qajmitna sabiex immorru piknik. Ċempilna lill-kuġini u liz-zijiet biex jiġu magħna. Meta ġew il-kuġini u z-zijiet bdejna nippreparaw l-affarijiet. Ippreperajna il-ħobż, il-frott, it-termos u anke l-ballun u r-roti tagħna. Wasalna Pembroke u ħriġna l-affarijiet minn ġol-karozza u tfajnihom fuq il-ħaxix. Il- kuġini, ħija u jiena morna niġru ġirja fil-kampanja. Il-ġenituri bdew jilagħbu t-tombla. Ftit ħin wara morna nieklu biċċa ħobż biż-żejt li konna ppreparajna filgħodu. Wara li kilna morna dawra bir-roti. Tpaxxejt nara il-ġmiel tan-natura u l-fjuri ikkuluriti! Kemm ħadt pjacir il-piknik!