Niċċelebraw il-Milied

 


Il-Milied jiġi ċċelebrat mill-Insara fil-ħamsa u għoxrin ta’ Diċembru.  F’dan il-Jum, niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu’ Bambin. Din il-ġurnata iġġiv ħafna ferħ lil bosta tfal u kbar.


Għal din il-festa speċjali nibdew nippreparaw għaliha erba’ ġimgħat qabel bil-girlanda.  Nippreparaw ukoll bit-tiżjin bħall-Bambin, is-siġra tal-Milied, Punzjetti/ ġulbiena, Presepju, Dwal u nibsu tal-Milied.


Dakinhar li jkun lejliet il-Milied issir purċissjoni. Wara l-purċissjoni jkun hemm il-quddiesa ta’ nofsillejl.  Din is-sena kelli ċans naqra poeżija fil-Knisja.  Il-Mużew itellgħu xi presepji u jagħmlu xi reċta wkoll.  Ikun hemm ħafna wirji ta’ presepji. 


Fil-Milied ikunu mistednin mal-familji biex nieklu. Ikun hemm ħafna ikel bħal: kejk tal-Milied, id-dundjan, il-blalen taċ-ċukkulata, tiġieġ, sopop u ċikkulajjet.


It-tradizzjonijiet huma importanti għax tiftakar it-twelid ta’ Ġesu’ u festi sbieħ oħra.  It-tradizzjonijiet tal-Milied huma importanti ukoll għax permezz tagħhom inkunu qed nidħlu iktar fl-ispirtu tal-Milied u jġgħeluna nħoss il-ferħ ta’ Ġesu’ ġewwa qalbna.