Spettaklu ta' Talenti differenti

Fis-sajf li għadda, fil-ġnien ta' Marsaskala kien hemm spettaklu ta' talenti differenti. Din damet sagħtejn u kien hemm madwar elf ruħ.


Kull min ħa sehem ried ikollu bejn għaxar snin u tletin sena. Kien hemm tnejn u għoxrin parteċipant. Hemmhek kulħadd mar tajjeb ħafna imma n-nies l-iktar li ħadu pjaċir jaraw u li impressjonat lil kulħadd kienet tifla żgħira ta' ħdax-il sena. It-tifla kellha vuċi sabiħa immens u bdiet tiżfen tajjeb ħafna.


L-udjenza tgħidx kemm ċapċpulha lil din it-tifla għax impressjonat lil kulħadd. L-udjenza meta spiċċa kollox qalet li ma dejjaqha xejn u li ħadet ħafna u ħafna pjaċir jaraw lill-parteċipanti jieħdu sehem. Dan kollu sar biex jiġbru l-flus għal kull sptar u tfal li qegħdin ibatu b'xi marda serja. Mal-udjenza kien hemm il-President ta' Malta. Il-president qam u ġabar il-flus. Fl-aħħar, l-udjenza qalet lill-parteċipanti biex jerġgħu jagħmlu xi ħaġa bħal li għamlu s-sajf li għadda.


Żgur li kienet ġurnata memorabli għall-parteċipanti kif ukoll għall-udjenza għax kienet ġurnata sabiħa.