Il-Kreatura tal-bir


L-awtur huwa Simon Bartolo.

L-illustratur huwa Jose Louis Ocana.


Il-kreaturi huma: Nerissa, Nadja, Antonin, Mezzanina, Alfie, Noe', Krista-llina u n-nanna Katie.


F'din l-istorja nsibu li Alfie; li kien missier Nadja u Antonin u r-raġel ta' Mezzanina, spiċċa biex telaq mid-dar minħabba li huwa kien jinten u spiċċa jgħix ġo għorfa. Bdew ġejjin Kristallina u Nerissa li jgħixu barra minn Malta. Dawn jiġu ħut Mezzanina. Ma' Kristallina kien hemm ukoll Noe' li jiġi r-raġel tagħha. Wara ġiet in-nanna Katie li tiġi omm Alfie. Nerissa kienet antipatka u fitta. Din kellha ħafna affarijiet strambi u kienet tilbes kollox iswed. Bħala ġojjellerija kienet tilbes ġojjellerija bil-brimb.


Darba n-nanna Katie lil Nadja u Antonin għamlitilhom soppa tajba. Nerissa għamlitilhom soppa wkoll imma tagħha kienet soppa sewda u huma spiċċaw biex ma kiluhiex minħabba li kienet ħazina. In-nanna Katie dejjem kienet tirrakkonta fuq kreatura li tiġi meta tagħmel ix-xita u din kienet tiekol lin-nies. Ġurnata minnhom Kristallina u n-nanna Katie għamlu kompetizzjoni ta' min jagħmel l-isbaħ kejk. Spiċċa biex inqata' d-dawl u f'daqqa waħda dehret l-imħalla ħierġa minn ġod-doxxa biex tattakkahom.