L-oġġett favorit tiegħi fid-dar


L-oġġett favorit tiegħi hu ritratt ta' żewġ persuni speċjali li jien qatt ma kelli x-xorti li ngawdi. Ir-ritratt hu tan-nannu Raymond u taz-ziju Justin li ħallew din id-dinja. Ta' spiss immur quddiem ir-ritratt u nitkellem magħhom. Nieħu gost niskopri xi ħaġa fuqhom, bħal x'kienu jħobbu jagħmlu u x' kienu jħobbu jieklu. Meta naqbad ir-ritratt f'idi nitlob għalihom u dan nagħmlu kuljum. Meta jagħlqu żmienhom u tasal il-ġurnata tal-anniversjaru mill-mewt tagħhom jien nkun lest biex nagħmel fjura quddiem ir-ritratt. Jien nieħu ħsieb li kuljum ikollhom xemgħa quddiem ir-ritratt. Qabel nidħol norqod immur quddiem ir-ritratt u ngħid talba għalihom, nitlobhom biex jibgħu magħna u jħarsuna. Dejjem nieħu ħsieb li r-ritratt ikun f'post sigur.