Dan huwa l-għasfur jismu il-Merill. Il-Merill huwa l-għasfur nazzjonali ta' Malta. L-għasfur jiekol ħafna affarjiet bħall-insetti, id-dud, il-wirdien, il-ġurati u n-naħal. Dan l- għasfur tista' ssibu fil-beraħ. Imma ma tistax toqtlu jew tieħdu d-dar miegħek għax taqla' multa ta' elf ewro. Għalhekk jissejjaħ 'għasfur protett'. Il-Merilli għandom differenza kbira bejn il-mara u r-raġel għax il-kulur tal-mara huwa blu bil-kannella iżda l-kulur tar-raġel huwa blu skur. Dawn il-Merilli jagħmlu l-bejta fl-irdumijiet.



Merill