Jien Triq ir-Repubblika

Jien jisimni Triq ir-Repubblika u ismi veru kuntenta bih. Inkun attiva ħafna, kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa. Għandi ħafna toroq fuq il-leminu fuq ix-xellug. Fuq il-lemin tiegħi hemm Triq Santa Luċija u fuq ix-xellug hemm Triq Nofsinhar. Jien l-isbaħ triq minnhom għax wiesgħa u twila, għandi ħafna ħwienet, hemm il-qorti u minnha jgħaddu ħafna nies.


Jiena t-triq ewlenija fil-belt Valletta. Filgħodu l-aktar li jkun hawn nies. Min ikun sejjer għax-xogħol, jew għall-qorti u min biex jixtri. Ikun hawn in-nies inadfuni ħalli meta jiġu n-nies isibuni nadifa tazza. Daqskemm ikun hawn nies, lanqas inkun nista' nistriħ. Il-bini l-aktargħalqalbi huwa t-Teatru Rjal għax inħobb nisma' ħafna l-kunċerti. Il-qorti jdejjaqni ħafna għax minnu joħorġu ħafna priġunieri.


Matul il-lejl inkun imdawla b'ħafna dawl. Fil-ġranet tal-Milied iżejnuni bl-isbaħ tiżjin u dawl mill-isbaħ. Anke fil-karnival, minni jgħaddu l-karrijiet. Matul il-lejl tara xi nies biex imorru jieklu u jixorbu.


L-isbaħ ġranet għalija huma żmien il-Milied u fil-karnival għax fit-triq ikun hawn ħafna nies. Nixtieq li ismi kien Triq ir-Rebħa.