L-ATTUR FAVORIT TIEGĦI


L-attur favorit tiegħi huwa Mark Sinclair magħruf l-aktar bħala Vin Diesel.

Huwa twieled fit-18 ta' Lulju 1967 f'California fl-Amerika. Huwa għandu ħuh tewmi li jismu Paul. Vin Diesel ħa sehem fl-ewwel reċta fuq palk Dinosaur Door meta kien

għad kellu biss seba' snin.


Il-karriera tiegħu bħala attur bdiet fl-1990. L-ewwel film tiegħu kien film qasir Multi-Facial. Xi films oħra li ħadem huma The Iron Giant fl-1999, XXX,The Chronicles of Riddick, The Pacifier fl-2005, Bloodshot fl-2020 u bosta oħrajn.

Diesel huwa magħruf ukoll għall-vuċi tiegħu u l-karattru Groof f'Guardians of the

Galaxy fl-2014 u f'Ralph breaks the Internet. Fl-2018 intgħażel għall-vuċi ta' Vin Diesel. Diesel jibqa' magħruf għall-karattru fil-film The Fast and the Furious.

Vin Diesel u l-mara tiegħu Paloma Jimenez għandhom tlett itfal. L-akbar ħabib ta'

Vin Diesel kien Paul Walker, li ħadmu flimkien fil-film Fast and the Furious. Paul

Walker miet f'Novembru tal-2013 u b'hekk waħda mit-tfal ta' Vin Diesel jisimha

Pauline għall-ħabib kbir tiegħu Paul Walker. Fiż-żmien li ġej ser naraw lil Vin Diesel fil-films li għad iridu joħorġu F9, Avatar2 u Fast Furious 10.

Dan l-attur jogħġobni ħafna l-aktar għall-karattru li għandu fil-film Fast and

Furious u għall-vuċi li għandu li hu magħruf ħafna għaliha.