Il-Magna taż-Żmien

Darba jien u oħti sibna magna taż-żmien. Kien fis-sajf. Il-magna kienet qadima.


Jien u oħti morna ġo fiha. Meta morna ġo fiha, kien hemm buttuna u għafasniha. Ma domniex ħafna biex wasalna. Meta wasalna kien nofsinhar. Ma nafx fejn konna għax kien hemm id-dlam, imma meta kellna torċ rajt fejn. Konna taħt l-art u rajna ħafna affarijiet. Rajna xi ħaġa stramba li qatt ma kont rajt bħalha qabel. Wara morna fil-magna taż-żmien u morna fil-foresta, hemm rajna ħafna siġar.


Fl-aħħar morna fil-magna taż-żmien. Għafasna l-buttuna u morna lura d-dar. Ħadna gost ħafna.