'Halloween cupcakes'

Fil- vaganzi għamilt cupcakes bit-tema tal-Halloween. Hawnhekk ħa nuri riċetta u kif għamilthom ;)


INGREDJENTI


  • 170gr zokkor
  • 70gr butir mhux mielaħ
  • 70gr butir tal-karawett
  • 2 bajdiet
  • 1 kuċċarina vanilla paste
  • 230gr dqiq
  • 1 kuċċarina baking powder
  • ftit melħ
  • 260ml ħalib
  • 190gr biċċiet taċ-ċikkulata


METODU


  • L-ewwel xgħelt il-forn fuq 180oC biex jilħaq jisħon il-forn.
  • Ġo bowl tfajt z-zokkor, butir, bajd, butir tal-karawett u l- vanilla. Ħawwadhom flimkien ġo mixer.
  • Tfajt id-dqiq flimkien mal-'baking powder', melħ, ħalib u l- biċċiet taċ-ċikkulata. Ħawwadthom flimkien mat-taħlita l- oħra.
  • Lestejt tnax-il forma tal-'cupcakes' u imlejthom bit-taħlita.
  • Tfajthom fil-forn għal madwar 20 minuta.
  • Xħin saru ħallejthom jiksħu.
  • Ksejthom bil- 'butter cream' sewda u bl-'icing' abjad għamilt forma ta' għanqbut.


Ħadt ħafna gost nagħmilhom, nixtieqkhom li tippruvawhom ;)