'Halloween cupcakes'
Fil- vaganzi għamilt cupcakes bit-tema tal-Halloween. Hawnhekk ħa nuri riċetta u kif għamilthom ;)
INGREDJENTI
- 170gr zokkor
- 70gr butir mhux mielaħ
- 70gr butir tal-karawett
- 2 bajdiet
- 1 kuċċarina vanilla paste
- 230gr dqiq
- 1 kuċċarina baking powder
- ftit melħ
- 260ml ħalib
- 190gr biċċiet taċ-ċikkulata
METODU
- L-ewwel xgħelt il-forn fuq 180oC biex jilħaq jisħon il-forn.
- Ġo bowl tfajt z-zokkor, butir, bajd, butir tal-karawett u l- vanilla. Ħawwadhom flimkien ġo mixer.
- Tfajt id-dqiq flimkien mal-'baking powder', melħ, ħalib u l- biċċiet taċ-ċikkulata. Ħawwadthom flimkien mat-taħlita l- oħra.
- Lestejt tnax-il forma tal-'cupcakes' u imlejthom bit-taħlita.
- Tfajthom fil-forn għal madwar 20 minuta.
- Xħin saru ħallejthom jiksħu.
- Ksejthom bil- 'butter cream' sewda u bl-'icing' abjad għamilt forma ta' għanqbut.
Ħadt ħafna gost nagħmilhom, nixtieqkhom li tippruvawhom ;)