Il-Kelb u l-Qattusa




Darba fost l-oħrajn, kont miexja fuq il-bankina barra mid-dar kbira tiegħi. Kont qed naqbeż fuq ħafna djar u fl-aħħar wasalt fil-ġnien ta' Sant'Anton. F'ħin minnhom nara kelb kbir ikbar minni, bin-nervi. Huwa kien qed jiċċassa lejja b'ħarsa rrabbjata.


F'daqqa waħda , minn taħt is-siġra il-kelb beda jinbaħ ħafna. Jien kont qed inħossni ħażin , u bżajt ħafna. Aħna bdejna niġġieldu b'ħafna storbju u vjolenza. Kelli d-demm ġo ħalqi u l-kelb beda jiġbidli denbi sakemm bdejt nibki.


Fl-aħħar, jiena u l-kelb kellna ħafna uġigħ f'rasna u kullimkien. Imbagħad il-kelb qal li ma riedx li nagħmlu ġlieda ta' kuljum. F'daqqa waħda aħna ma bqajniex niġġieldu. Bla ma ħadd induna , ħarġet Doris il-mama' tiegħi. Doris rat x'kien qed jiġri u għajtet " Sewwa jgħid il-Malti! Qishom kelb u qattus! "


Wara din l-istorja kollha sirt inħobb il-klieb. Pero' ma jiddispjaċinix jekk xi kelb ma jkunx jista' joħrog barra mill-gaġġa !!