Waħdi fuq gżira diżabitata

Mort għuma fil-baħar għax kienet ġurnata mill-isbaħ. Wara għoxrin minuta, sibt ruħi quddiem gżira mimlija ramel u natura. Bejni u bejn ruħi bdejt ngħid jekk hix idea tajba li mmur nesplora. Iddeċidejt u għidt iva. Kemm sibt affarjiet interessanti!


Tlajt fuq din il-gżira u kien hemm skiet taqtgħu b'sikkina. Bdejt nesplora u nħaffer ir-ramel forsi nsib xi ħaġa prezzjuża li tista' tgħini. Meta għajjejt, poġġejt taħt siġra enormi għad-dell u qalbi għamlet tik meta 'coconut' mis-siġra niżlet ħdejn saqajja. F'kemm trodd salib, qomt bil-wieqfa għax ħsibta xi annimal perikoluż. Issa komplejt inħaffer u lmaħt ċurkett u ġiżirana jleqqu, antiki. Il-ġiżirana kellha pendent ta' fjura u ċ-ċurkett kellu djamant fuqu.


Komplejt inħaffer u nħaffer sakemm ħassejt xi ħaġa iebsa ġebla. Ipruvajt inqandilha imma kienet tqila. Fl-aħħar erfaħtha u kien- TEŻOR! Kien mimli flus tad-deheb. Ridt nieħdu d-dar miegħi biex nuri lill-familja kollha. Wasalt u kulħadd kien stagħġeb!