Kejk taċ-ċikkulata

Ilbieraħ jien, ommi u ħija sajjarna kejk taċ-ċikkulata. Kellna bżonn ħafna ingredjenti! Użajna mitejn gramma dqiq , mitejn gramma zokkor , ponta ta' kuċċarina melħ u żewġ mgħaref kokkodina. Kellna bżonn ukoll mitt gramma marġerina, żewġ bajdiet , ħames mgħaref ħalib tal-bott ,ħames mgħaref ilma u kuċċarina assenza tal-vanilla. Bħala reċipjenti użajna miżien, trej tal- ħami, kontenitur imdaqqas, passatur, mixer tal- idejn, kuċċarina u mgħarfa . L-ewwel xgħelna l-forn fuq mija u tmenin grad biex jilħaq jisħon. Saffejna id-dqiq ġol-kontenitur u jiena żidt il-melħ , iz-zokkor u l-kokkodina. Imbagħad, Kyle waddab il-marġerina u l-mama' urietni kif inħawwad bil-mixer tal-idejn. Wara żidna il-bajd,il-ħalib, l-ilma u l-vanilla. Jiena komplejt inħawwad u tfajt it-taħlita ġot-trej u sa fl-aħħar daħħalnieh fil-forn! Domna insajjru l-kejk għal madwar nofs siegħa u dam fil-forn nofs siegħa oħra. Meta kien lest il-kejk, jiena u Kyle konna fuq ix-xwiek sakemm jibred. Kien wisq tajjeb il-kejk taċ- ċikkulata! Jien ħadt gost nagħmel dan il-kejk għax inħobb insajjar il- ħelu!